Chat room Chat room
Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.
There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.
Is-sinjal għal CHAT ROOM għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel isir is-sinjal għal TKELLEM. L-idejn jieħdu l-forma ta’ 1 bil-pala tħares ’il ġewwa u l-werrejja jippuntaw ’il fuq. L-idejn jimxu ’l barra u lura u ’l ġewwa lejn il-ħalq – l-ewwel id imbagħad l-oħra. (ii) Imbagħad isir is-sinjal għal KAMRA. L-idejn jieħdu l-forma ta’ 1 fuq quddiem. Il-pala tal-id tħares ’l isfel. Il-werrej ta’ id imiss mal-werrej tal-id l-oħra fin-nofs. L-idejn jitbiegħdu lejn il-ġnub, jimxu lura u jiffurmaw linja b’angolu rett. Imbagħad jerġgħu jimxu lejn in-nofs sakemm jiltaqgħu.
The sign for CHAT ROOM has two parts. (i) First the sign for TALK is made. The hands take the shape of 1 with palm facing inwards and with the index fingers pointing upwards. The hands move in and out to the mouth alternately. (ii) The second part is the sign for ROOM. This is made with both hands that take the shape of 1 at the front. The palms face downwards. The index fingers touch each other and then move to the side and then backwards, forming a right angle, then back to the middle until the index fingers meet again.